Xagħra
Location

Xagħra

About

Xagħra

Xagħra rises on a hill in the central north-east of Gozo. Its name is Maltese for a wilderness, referring to the site before it was inhabited. The village is Gozo’s prehistoric prime site with Neolithic remains at Santa Verna – one of the island’s earliest temples dating to about 5900 BC; il-Ġgantija megalithic temples – the oldest free-standing structure in the world; the Gozo Stone Circle, the underground cemetery of the Temple builders; and Ta’ Sansuna – a standing megalith. There are also two stalagmite caves and Ta’ Kola Windmill, still in working condition. The site of the legendary cavern of Calypso, who entertained Ulysses for seven years, offers a magnificent view of ir-Ramla Bay. There is also a tiny bay at Għajn Barrani, between Marsalforn and ir-Ramla. The parish church is dedicated to il-Vitorja or il-Bambina, the Nativity of the Blessed Virgin Mary.
Ix-Xagħra hu raħal mifrux fuq għolja f’nofs il-grigal ta’ Għawdex. L-isem hi kelma bil-Malti li tfisser art fil-beraħ, mitluqa, u bi ftit li xejn ħdura. Naturalment, dan l-isem jirreferi għall-wesgħa qabel kienet abitata u mhux għal żminijietna. Ir-raħal huwa s-sit preistoriku ewlieni tal-gżira Għawdxija bi fdalijiet Neolitiċi f’Santa Verna – wieħed mill-ewwel tempji li nbena fil-gżira Għawdxija u jmur lura għal madwar 5900 qabel Kristu; it-Tempji Megalitiċi tal-Ġgantija – l-eqdem struttura mibnija mill-bniedem li għadha wieqfa fid-dinja ta’ madwar 3600 qabel Kristu; il-iċ-Ċirku tal-Ġebel ta’ Għawdex, ċimiterju b’forma tonda parzjalment taħt l-art ta’ żmien il-bennejja tat-Tempji; u Ta’ Sansuna – ġebla megalitika wieqfa. Hemm ukoll żewġ għerien tal-istalagmiti u l-Mitħna tar-Riħ Ta’ Kola, li għadha f’kundizzjoni li taħdem. Mis-sit leġġendarja tal-Għar ta’ Calypso, fejn il-leġġenda tgħid li Ulysse qatta’ seba’ snin man-ninfa Kalypso, hemm veduti mill-isbaħ tal-bajja tar-Ramla. Hemm bajja ċkejkna f’Għajn Barrani, bejn Marsalforn u r-Ramla. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lill-Madonna tal-Vitorja jew il-Bambina, it-Twelid ta' Marija Bambina.

Recent Xagħra photos

Favourites


No photos in your favourites repository.
Please click on the 'Add to favourites ' icon - when available - to add photos.
Note: Your favourites repository has a limit of 21 photos that are stored on this browser only. For instructions on how to delete this information, please click here.