About
Munxar
Munxar that literally means the bucksaw, probably took its name from the promontory that runs from behind the village church sawing or separating into two tongues of land the surrounding area. Just before the village approach, there is an area called Ta’ Marżiena, the site of a prehistoric temple never properly excavated. Beyond the church, a road leads to Ras il-Bajjada and then to ix-Xlendi. The area regales the visitor with some breath-taking views over the open sea and is ideal for relaxing walks. The parish church is dedicated to St Paul Shipwrecked, like that of Marsalforn.
Il-Munxar hi kelma bil-Malti li tirreferi għal biċċa għodda li l-ħaddiema jonxru biha; serrieq kbir b’żewġ imqabad li tnejn min-nies jisserraw bih zkuk kbar ta’ siġar jew injam oħxon. Probabilment, ingħata dan l-isem mill-promontorju li jibda minn wara l-knisja tar-raħal u li jisserra jew jifred f’żewġ ilsna l-art tal-madwar. Fid-daħla tar-raħal, hemm żona msejħa Ta’ Marżiena, sit ta’ tempju preistoriku li qatt ma ġie skavat sewwa. Lilhinn mill-knisja, it-triq twassal għal Ras il-Bajjada u mbagħad għax-Xlendi. Hi triq panoramika minn fejn wieħed jista’ jgawdi veduti mill-isbaħ, fosthom dik ta’ nżul ix-xemx. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, l-istess bħal dik ta’ Marsalforn.