About
Nadur
Nadur, Gozo’s most populated village, is spread over the top of a table-flat hill. It has a most appropriate name, derived from Maltese nadar, which means to observe at length and so to keep guard. Half of Gozo and beyond are visible from a number of vantage points. The Gozo Maritime Museum is just off the village square. One road leads to fertile Wied San Blas, a valley with many freshwater springs and orchards. There are two enchanting coves at Daħlet Qorrot and San Blas. An area known as il-Buskett was once the most wooded area of Gozo and the venue of the traditional feast of L-Imnarja. On the night of 28–29 June, feast of the village patron saints, people used to pass the night in the open barbecuing rabbits and singing to accompaniment of guitars. The monumental church is dedicated Saints Peter and Paul.
In-Nadur , l-aktar raħal popolat ta’ Għawdex, hu mifrux fuq il-quċċata ta’ għolja ċatta. L-isem tiegħu ma jistax ikun aktar xieraq – ġej mill-kelma Maltija nadar, li tfisser tosserva fit-tul u għalhekk iżżomm il-għassa. Nofs Għawdex u lilhinn minnu jidhru tajjeb ħafna minn diversi nħawi tar-raħal. Il-Mużew Marittimu ta’ Għawdex jinsab lilhinn mill-pjazza tar-raħal. Ftit ’l isfel mill-pjazza, wieħed jista’ jaqbad it-triq għal Wied San Blas, wied fertili b’ħafna għejun ta’ ilma ħelu u miżgħud b’ġonna b’ħafna frott. Triq oħra, b’għelieqi fertili fuq kull naħa, twassal lejn Daħlet Qorrot. Kemm hemm u kemm f’San Blas hemm żewġ bajjiet żgħar li għadhom ma nħakmux mill-iżvilupp sfrenat. Maġenb it-triq li tieħu għar-raħal tal-Qala, hemm wesgħa msejħa il-Buskett, għax darba kienet bosk żgħir, jiġifieri post miżgħuda bis-siġar. Lejliet il-festa tradizzjonali ta’ L-Imnarja, fil-lejl bejn it-28 u d-29 ta’ Ġunju, festa tal-qaddisin patruni tar-raħal, in-nies kienu jgħaddu l-lejl fil-buskett iħejju l-fenkati bl-akkumapnjament tad-daqq u l-kant bil-kitarri. Il-knisja monumentali hija ddedikata lill-Appostli San Pietru u San Pawl.