About
Santa Luċija
Santa Luċija, whose original toponym was Santa Katerina, is a typical hamlet whose present name is derived from the dedication of an old chapel of Saint Lucy, recorded as early as 1575. From the village square, a street leads towards Għajn Għabdun plateau and up to il-Mixta, one of the earliest inhabited sites of the Maltese islands dating back to 7000 years ago. Another street proceeds to l-Għadira ta’ San Raflu, a fresh water pond, and further on to Ras il-Wardija, the site of a Punic settlement that included a small temple. The village church is dedicated to Saint Lucy Virgin and Martyr.
Santa Luċija hu rħajjel li l-isem toponimu oriġinali tiegħu kien Santa Katerina. Irħajjel tipiku li l-isem preżenti tiegħu hu ġej mid-dedikazzjoni ta’ kappella antika ta’ Santa Luċija, wieqfa sa minn qabel is-sena 1575. Mill-pjazza tal-irħajjel, it-triq fuq il-lemin twassal lejn l-għolja ta’ Għajn Għabdun u l-Mixta. Dan hu wieħed mill-ewwel siti abitati tal-gżejjer Maltin u jmur lura għal iktar minn 7000 sena ilu. It-triq fuq ix-xellug tieħu lejn l-Għadira ta’ San Raflu, għadira ta’ ilma ħelu; lilhinn minnha hemm Ras il-Wardija, sit li kien abitat fiż-Żmien Puniku, sekli qabel Kristu, u li fil-qalba tiegħu kien hemm tempju żgħir. Il-knisja tar-raħal hija ddedikata lil Santa Luċija Verġni u Martri.